X’se jgħidulhom lil Ashley u lil Glen meta jaslu lura d-dar?

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa se naraw lil Decelis u Psaila jitkellmu dwar Feliċ. X’jaħsbu fuqu? X’se jtih lil Psaila u x’se jgħidlu fuq Manwela? Ashley u Glenn jmorru lura mill-isptar. X’se jgħidulhom meta jaslu d-dar?

Olivia u sħabha jkunu d-dar jagħmlu l-homework. X’se jgħidu dwar il-gruppi tad-demm u għaliex Olivia titħawwad meta ssir taf li ommha hija O positive meta suppost kellha tkun negative?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315, mitTejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.