X’se jgħidilhom Karl?

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa, Kristianne u Brenda se jitkellmu dwar il-ħajja ta’ Karl. X’jaħsbu dwar il-żwieġ tiegħu ma’ Valentina? Sadanittant Karl iltaqgħa magħhom. X’se jgħidilhom?

Decelis u l-Pinzell jitkellmu fit-tul iżda l-Pinzell se jidher irrabjat ħafna. Għaliex?

Min hu Max?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fuq Melita More, hannel 315, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.