X’se jgħidilha Vince lil Maxine dwar ħutha?

L-intriċċi fis-sensiela Sorelle li tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3pm fuq TVM ikomplu jiżdiedu hekk kif illum naraw lil Vince u lil Maxine jitkellmu dwar l-arrest ta’ Leo. X’se jkunu qed jgħidu eżatt?

Gina iċċempel lil Janice biex tgħidilha li kellha żjara privata fid-dar ta’ Matthew Theuma. Min hu dan u x’se tkun qed tweġibha Janice? Ir-reazzjoni tagħha se tkun ta’ pjaċir kew rabja? Fuq kollox mhux soltu li tagħmel visti privati. Imma allura x’ġara b’daqshekk?

Vince u Maxine jagħmlu picnic. Ikun hawn li hu se jgħidilha xi ħaġa dwar ħutha.

Sorelle għandu ktiba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.

Il-puntati jixxandru fit-3pm u jkollhom ripetizzjoni dakinhar stess fil-11.25pm u l-għada fis-6.15am.

Il-puntati jerġa’ jkollhom ripetizzjoni kollha f’salt is-Sibt mill-11am ‘il quddiem fuq TVM 2.