X’se jagħmlu ż-żgħażagħ Maltin fil-Parlament Ewropew?

56 Malti u Għawdxi se jipparteċipaw f’Avveniment Ewropew għaż-Żgħażagħ (EYE) fil-Parlament Ewropew, flimkien ma’ aktar minn 8,000 żagħżugħ Ewropew.
Tul dan l-avveniment, li se jsirbejn l-1 u t-2 ta’ Ġunju, iż-żgħażagħ se jipparteċipaw f’400 attività,bħal dibattitiu workshops. 
Id-dibattiti se jindirizzaw ħames temi:iż-żgħażagħ u l-anzjani, il-foqra u s-sinjuri, il-firda u l-għaqda, is-sigurtà u l-periklu, u l-aspett lokaliu l-globali. 
Iż-żgħażagħ Maltin li se jipparteċipaw huma studenti tal-MCAST, studenti mill-grupp Islanders, u żewġ gruppi mistiednamill-Membri Parlamentari Ewropej Alfred Sant u Marlene Mizzi.