X’se jagħmlu tal-LifeCycle f’Dubaj?

Il-Malta LifeCycle Foundation għal sena oħra, qed tappoġja finanzjarjament soluzzjoni sofistikata ta’ software installata fit-Taqsima tal-Kliewi fl-Isptar Mater Dei. Is-software hekk imsejjaħ Traccia, jgħin biex iqabbel u jiddetermina bi preċiżjoni l-kompatibiltà tal-organu mogħti mid-donatur ma’ dak li se jirċivih. Dan kollu jseħħ qabel ma jsir it-trapjant.

Kull sena, LifeCycle torganizza sfida ta’ ċikliżmu, kull darba f’pajjiżi differenti bil-għan li tiġġenera l-fondi meħtieġa. Din l-isfida ssir biex jinxtara apparat ħalli jgħin persuni li qed ibatu minn problemi fil-kliewi u biex titqajjem aktar kuxjenza dwar il-ħtieġa ta’ trapjanti tal-organi f’Malta.

Din is-sena, il-Fondazzjoni LifeCycle qed tiċċelebra l-20 anniversarju minn mindu twaqqfet minn Alan Curry. Il-parteċipanti din is-sena se jibdew l-isfida tagħhom f’Dubaj u se jaqdfu 2,000 kilometru sa Salalah fin-Nofsinhar tal-Oman.

Min jixtieq jagħti d-donazzjoni tiegħu, jista’ jagħmel dan permezz ta’ sms fuq in-numru: 5061 7370 għal €2.33; 5061 8920 għal €6.99; 5061 9229 għal €11.65; jew inkella jċemplu 5160 2020 għal €10, 5170 2005 għal €15; u 5180 2006 għal €25.

Filwaqt li d-dettalji tal-kont tal-bank huma: Swift code VALLMTMT, IBAN number MT 18 VALL22013000000014814521017, lil Bank of Valletta, Numru tal-Kont: 14814521017.

Aktar tagħrif dwar LifeCycle Foundation u LifeCycle Challenge 2018 jista’ jinkiseb minn fuq is-sit elettroniku tal-fondazzjoni.