X’se jagħmlu l-infermiera għal Jum l-Infermiera?

Id-Dipartiment tan-Nursing fil-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa fl-Universitàta’ Malta, se jipproponi abbozz ta’ liġi dwar l-irwol tal-infermiera f’Malta li jindirizza s-saħħa bħala dritt uman. 
Dan l-abbozz se jiġi ppreżentat għall-okkażjoni ta’ Jum l-Infermiera ċċelebrata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Infermiera (ICN). 
Din il-mozzjoni proposta se tiġi diskussa waqt dibattitu ma’ għadd ta’ studenti, infermiera kwalifikati, u kif ukoll Membri Parlamentari, fil-Kamra tal-Parlament fil-Belt Valletta, nhar il-Ħamis fl-10am. 
Dan l-abbozz ta’ liġi se jiġi ppreżentat minn Dr Roberta Sammut, il-Kap tad-Dipartiment tan-Nursing u Dekan tal-Fakulta tax-Xjenzi tas-Saħħa.