X’se jagħmlu issa ta’ Kelma Kelma?

Sabiex jiċċelebra l-ħames snin minn meta bdiet il-paġna Kelma Kelma, Dr Michael Spagnol, is-sid tal-paġna ta’ Facebook, issa beda wkoll websajt fejn bosta jistgħu jibdew jaraw bloggs bi kliem li qed jintuża fil-lingwa Maltija, u oħrajn li forsi ntesew.
Il-paġna ta’ Facebook bdiet fl-2013 sabiex tfakkar il-poplu Malti li qiegħed fuq il-midja soċjali bil-ġmiel tal-lingwa Maltija, speċjalment meta wieħed jagħraf u jifhem dak kollu li jista’ jagħmel bil-lingwa.
Jekk iżżur il-paġna ta’ Facebook, u issa wkoll il-websajt, tista’ taqra bosta qwiel, idjomi, taqbil tat-tfal, logħob bil-kliem u affarijiet oħra.
Ix-xogħol ta’ Kelma Kelma ma kienx biss fuq il-midja soċjali, iżda kien hemm ħidma kbira fl-iskejjel, fuq ir-radju u t-televiżjoni, gazzetti u rivisti kif ukoll spettakli.
Is-sit kelmakelma.com se jkun qed jiġbor fih tagħrif dwar il-vokabolarju, il-grammatika, l-istorja u affarijiet oħra li jixhdu s-sbuħija tal-lingwa Maltija.
Ara xi wħud mill-inizjattivi fuq Facebook ta’ Kelma Kelma:


Ara aktar hawn.