X’se jagħmlu f’Għar Dalam?

BirdLife Malta u Heritage Malta qed jorganizzaw attività għall-pubbliku f’Jum Natura 2000. L-attività se tiġi organizzata f’Għar Dalam nhar it-Tnejn bejn il-5:30pm u t-8:30pm.
Il-parteċipanti huma mistiedna jieħdu sehem fi scavenger hunt u finger painting filwaqt li jesploraw is-sit storiku u japprezzaw is-sinerġija bejn il-kultura u l-wirt storiku.
Il-prezz għad-dħul huwa ta’ €8.50 kull persuna. Min jixtieq jieħu sehem hu mħeġġeġ jibbukkja fuq is-sit ta’ BirdLife Malta