Dawk il-plejers li jilagħbu fil-Premier League Ingliż li l-kuntratt tagħhom mat-tim jagħlaq fit-30 ta’ Ġunju jistgħu jaqbdu u jħallu lill-klabbs tagħhom anki jekk l-istaġun 2019/2020 ma jkunx għandu kompla sa sak iż-żmien. Dan hu r-raġunament legali dwar is-sitwazzjoni ta’ dawn il-plejers.
Skont xi avukati ħadd ma jista’ jżomm lill-plejers li ma jħallux il-klabbs rispettivi tagħhom: la l-klabbs stess, la l-FA, la l-UEFA u lanqas il-FIFA. Dan minħabba l-liġi tal-impjieg fl-Ingilterra. Din il-kwistjoni tista’ twassal li l-istaġun tal-futbol ta’ bħalissa jkun abbandunat.
Il-FIFA rakkomandat li l-kuntratti għandhom ikunu mtawla sakemm l-istaġun ta’ bħalissa jispiċċa. B’kollox hemm 57 plejers mill-Premier League li jistgħu jispiċċaw f’din it-taħwida kaġunata mill-imxija tal-koronavirus.
Dawn huma xi wħud mill-plejers milquta:
Burnley — Aaron Lennon; Joe Hart
Chelsea — Pedro; willian; Olivier Giroud; Willy Caballero
Crystal Palace — Stephen Henderson
Everton — Leighton Baines
Leicester — Christian Fuchs; Wes Morgan
Liverpool — Adam Lallana; Nathaniel Clyne; Andy Lonergan
Manchester City — David Silva; Claudio Bravo
Newcastle — Rob Elliot; Jamie Sterry
Tottenham — Jan Vertonghen; Michel Vorm
West Ham — Carlos Sanchez; Pablo Zabaleta
It-timijiet ta’ Arsenal, Manchester United u Norwich m’għandhom lil ħadd li jaqa’ taħt dawn il-kategorija ta’ plejers.