X’sar minnu l-qattus salvat minn ġo magna ta’ karozza?

Joanne Spiteri Azzopardi

Fl-1 ta’ Ġunju 2019, pulizija salva ferħ ta’ qattus li kien spiċċa ġo magna ta’ karozza.

Dan il-qattus kien ġie addottat minn familja u tawh l-isem ta’ Lucky. Lucky illum għandu ftit aktar minn sena u erba’ xhur u din il-familja tittrattah qisu re. Newsbook.com.mt irċieva xi ritratti ta’ dan il-qattus li skont sidu Joanne Spiteri Azzopardi għandhom id-dinja bih.

Spiteri Azzopardi spjegat li marru l-open day li saret minn Animal Guardians u minn hemm, il-familja ddeċidiet li ġġib qattus. Huma ngħataw lil dan il-qattus li kien salvat minn ġo magna ta’ karozza u tawh l-isem ta’ Lucky.

Lucky dera mill-ewwel għand din il-familja u jħobb jilgħab maż-żewġt itfal tagħhom. Huwa jħobb joqgħod fit-tieqa u kulħadd jiggustah. Joanne Spiteri Azzopardi spjegat li dan il-qattus mimli enerġija u mħabba.

Għal għeluq sninu din il-familja ddeċidiet li tordnalu biċċa ħelu li hija magħmula b’ingredjenti tajbin għall-qtates. 

Joanne Spiteri Azzopardi

Tassew li dan il-qattus qiegħed jgħix ħajja ta’ re.