X’qiegħed jinkwieta lil Decelis?

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa li jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315 fl-3.45pm, se naraw Decelis x’se jgħid lil Manwela dwar Saviour.

Etienne u Chris jiddiskutu l-ktieb ta’ Adam. X’se jgħidu? Tgħid jaslu għal xi konklużżjoni? Saviour imur jirrabja fl-uffiċċju ta’ Etienne. Għaliex Chris se jirrispondieh bil-herra? Carol Tanti tmur għand il-Madre biex ittiha aħbar ħażina. X’riedet tgħidilha?

Il-Pinzell iċempel lil Decelis. X’se jgħidlu? Psaila jgħid lil Decelis xi ħaġa li tassew tinkwietah. Flimkien naraw x’inhi.

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba la Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Dan l-episodju jkollu repetizzjoni nhar it-Tnejn fl-10.15am, filwaqt li episodju ieħor ġdid jixxnadra nhar it-Tnejn fl-3.45pm fuq Melita More.