Ritratti: X’qiegħed jinkwieta lil Angela?

Żewġ puntati wara xulxin illum it-Tlieta 14 ta' Jannar

Illum it-Tlieta stennew żewġ puntati wara xulxin tas-sensiela Sorelle peress li lbieraħ din is-sensiela ma xxandritx.

Jodi u Angela joħorġu jimxu biex jisfugaw ftit. Tgħid lil Maxine se jgħidulha x’kien ġaralha Louisa? Jodi tistaqsi domanda lil Angela. X’qed jinkwietha?

Gina lesta tagħmel minn kollox biex terġa’ ġġib il-pazjenti ta’ Janice lura. Kif se tgħinha Maxine? Għaliex Janice ma tixtieqx tkellem lil Maxine? 

Angela tiftaħ qalbha ma’ Jodi. X’se tgħidilha? Min hi Sarah?

Maxine tgħid lil Janice li tixtieq tkun ħabiba tagħha aktar milli tkun pazjenta. Tgħid Janice taċċetta jew ma tħosshiex aktar komda meta tkun qed titkellem magħha?

Sadanittant Jodi tistaqsi lil Angela dwar Sarah. Se tgħidilha min hi? Angela tgħid lil Jodi xi ħaġa li tassew tinsab iddispjaċuta. Fuq xix u x’se tagħmel issa?

Sorelle għandu ktiba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa u għandu produzzjoni ta’ Rewind.

Iż-żewġ puntati wara xulxin jixxandru mit-3pm ‘il quddiem fuq TVM.