X’qiegħed jiġri f’Sorelle?

Fl-episodji ta’ Sorelle tal-lum, l-aħħar wieħed għal din il-ġimgħa, Lorraine se tidħlol fid-dar ta’ Sully u Lea. X’se ssib fuq is-sodda? X’se jgħidilha Norman xħin tibagħtlu r-ritratt? Għaliex jinsab anzjuż minħabba Samantha?

U Sully x’qiegħed jagħmel?

Angela ċċemplet lill-Maġġur Naomi Bonaci. X’se tgħidilha?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind. JIxxandar fuq TVM fit-3pm. Issir repetizzjoni llejla fil-11.25pm.

Il-puntati kollha ta’ din il-ġimgħa jerġgħu jixxandru għada s-Sibt mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.