X’qiegħed jiġri fil-ħabs?

Hbieb u Ghedewwa 61

Fl-episodju tal-lum tas-sensiela Ħbieb u Għedewwa li jixxandar fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315, Karl imur ikellem lil Brenda. X’se tgħidu xħin tarah?

Hu se juriha ritratt. Tgħid hi se tagħraf lil xi ħadd minnhom? X’se tgħidlu dwar Valentina?

Sarah tiltaqa’ ma’ Gloria biex turiha li hi kienet taf b’kollox. X’reazzjoni se jkollha Gloria?

Illum nerġgħu mmorru l-ħabs biex niltaqgħu mal-priġunieri. X’inhuma jagħmlu?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.