X’qed tagħmel l-UE dwar il-Libja?

F’dan il-programm, niddiskutu l-kwistjoni tal-Libja minn perspettiva Ewropea, fejn il-Ministri tal-Affarijiet Barranin Ewropej iltaqgħu biex jiddiskutu din il-kwistjoni wara li t-taħdidiet għall-waqfien mill-ġlied twaqqfu ħesrem. Nisimgħu intervent mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti, Evarist Bartolo, li attenda għal din il-laqgħa.

Wara nisimgħu diskors tal-President tal-Parlament Ewropew, Davide Sassuoli, dwar il-migrazzjoni fl-intervent tiegħu matul il-Ewropean Semester Conference, u intervent ieħor tiegħu rigward  il-Green Deal u l-Baġit Ewropew.

Nitkellmu wkoll ma’ Josianne Cutajar dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-effetti tiegħu fl-Ewropea tal-futur.