Sweet Sense, il-grupp tal-kantanta Maltija Gaia Cauchi, tkeċċa minn fuq X Factor ftit tal-jiem ilu, imma dan ma jfissirx it-tmiem għall-ħbiberija li Gaia ffurmat mat-tfajliet l-oħra fil-grupp tagħha.
Tant hu hekk li Gaia xerrdet numru ta’ ritratti u filmati maż-żgħażagħ fuq il-profil ta’ Instagram tagħha, b’filmat minnhom juriha tiġri biex tgħannaq lil seħbitha Kezia Povey, waqt li Ellie Jane Grant bdiet tiġbdilhom il-filmat qalb it-twerżiq tagħhom.
It-tfajliet reġgħu ltaqgħu fir-Renju Unit u qattgħu ftit ħin flimkien, li qasmu fuq il-midja soċjali permezz ta’ filmati tagħhom ikantaw.

It-tliet tfajliet saħansitra siefru California flimkien, fejn kellhom ukoll kunċert żgħir.