X’qed nistennew mit-temp għal għada?

Read in English.

Fil-gżejjer Maltin f’dan l-istaġun ta’ festi mistenni jġib miegħu jiem xemxin.

Dan se jippermetti li l-familji se jkunu jistgħu joħorġu dawra bil-karozza biex iżuru s-swieq tal-Milied fil-miftuħ mingħajr il-bżonn li jġorru magħhom l-umbrelel u l-ġkieket ħoxnin.

L-Uffiċċju Meteoroloġiku fi stqarrija qal li qed ibassar jiem sbieħ għal tmiem il-ġimgħa. It-temperaturi mistennija jilħqu massimu ta’ 19°C fil-jum tal-Milied, u jinżlu sa 11°C l-għada. Żiedu li, dan il-Milied mistenni jkun wieħed mill-iktar sħan, minħabba li t-temperatura mistennija jkunu ftit gradi iktar baxxi mill-ogħla temperatura li qatt ġiet reġistrata nhar il-Milied f’Malta. L-ogħla temperatura kienet 23.6°C fl-2009.

Għada t-temp mistenni jkun il-biċċa l-kbira xemxi, hekk kif is-sema mistennija tkompli tiċċara bejn illum u għada. Temperaturi iktar kesħin fi tmiem il-ġimgħa mistennija jġibu magħhom temp ftit imsaħħab, b’possibilità ta’ xi ħalbiet tax-xita matul il-lejl tas-Sibt 26 ta’ Diċembru, u ħalbiet tax-xita iżolati mbassra għall-Ħadd 27 ta’ Diċembru.

Ir-riħ mistenni jkun ħafif għal moderat mill-Punent il-Lbiċ, filwaqt li riħ ftit qawwi għal qawwi mil-Lbiċ, li mistenni jdur mill-Majjistral. Riħ moderat mill-Punent Majjistru se jkompli jonfoħ sal-Ħadd, u jsir riħ qawwi mill-Majjistral sa filgħaxija.