X’qed jingħad? Iċ-ċkejkna Charlotte se tkun bridesmaid ta’ Meghan Markle?

Għalkemm għadu m’hemm xejn uffiċjali dwar min se jkunu l-bridesmaids ta’ Meghan Markle fit-tieġ irjali mal-Prinċep Harry nhar is-Sibt 19 ta’ Mejju, hija probabbiltà kbira li waħda mill-bridesmaids iż-żgħar, jew kif imdorrijin insejħulhom aħna l-Maltin, il-flower girl, se tkun in-neputija, il-Prinċipessa Charlotte, bint il-Prinċep William u martu Kate. 
Skont l-esperta tat-tiġijiet irjali Caroline Castigliano, din tinsab “kważi ċerta” li Meghan Markle se tinkludi lil Prinċep George u oħtu ż-żgħira l-Prinċipessa Charlotte. Żiedet tgħid li possibilment ma jkollomx ħafna tfal żgħar bħala parti miċ-ċerimonja hekk kif il-kappella li se tintuża, St George's Chapel, hija kbira mhux ħażin u b’hekk ikun diffiċli li żżomm ħafna tfal żgħar taħt kontroll f’ċerimonja daqstant formali! 
Kompli segwi Newsbook.com.mt għal aktar aġġornamenti dwar it-tieġ irjali bejn Meghan Markle u l-Prinċep Harry.