X’qed jiġri bejn Adam, Chris u Etienne?

Fl-episodju tal-llum il-ġimgħa ta’ Ħbieb u Għedewwa, Adam għadu ma jistax jemmen lil Chris. X’qalilhom u Etienne x’se jirrispondieh?

Sarah tkompli tkellem lil Olivia. X’reazzjoni għandha bħalissa? Lina tiltaqa’ ma’ Karl. Se tgħidlu kif saret taf b’Valentina? Frank kif daħal f’din kollha?

Wara kollox Karl x’inhu jaħseb minn din is-sitwazzjoni?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

L-episodju li jmiss jixxandar it-Tnejn 15 ta’ Ġunju.