X’qed jiġi diskuss fis-summit Ewropew?

Ilbieraħ ingħata l-bidu għas-summit Ewropew. Dan mistenni li se jitkompla aktar tard dalgħodu. Waqt is-summit qed tkun diskussa l-aġenda strateġika tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-2019-2020 u ċ-ċiklu istituzzjonali li jmiss, Brexit, l-espanzjoni tal-UE, il-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2021-2027, u t-tibdil fil-klima.

Aktar kmieni lbieraħ, l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit qalu li nstab ftehim għal Brexit. Kemm il-Presiden tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker kif ukoll il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson, fi stqarrijiet separate qalu li ntlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet.

Għal dan is-summit qed jattendi l-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mar-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta fl-UE, Daniel Azzopardi.

AQRA: L-UE u r-Renju Unit jilħqu ftehim; il-mexxejja se jiltaqgħu fi Brussell