Pilatus Bank: X’qed jgħidu fuq l-arrest ta’ sid il-bank?

Malta qamet għall-aħbar li s-sid u ċ-ċermen tal-Bank Pilatus ġie arrestat fl-Istati Uniti lbieraħ.
Bosta tul l-aħħar xhur kienu qed jinsistu li dan il-bank mhux postu f’Malta, wara li nstab li kien fil-qalba tal-iskandlu tal-Panama Papers f’Malta u kien iċ-ċentru ta’ diversi rapporti investigattivi mill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li ġiet assassinata fis-16 t’Ottubru li għadda.
L-istess nies irreaġixxew għall-aħbar li ħarġet matul il-lejl li għadda meta wħud insistew li għanda tiġi rrevokata l-liċenzja u oħrajn qed jistennew bi ħġarhom ir-reazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat, iċ-Chief of Staff Keith Schembri u l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi.
Casa jinsisti li l-liċenzja tal-Bank Pilatus tiġi revokata
Il-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa appella lill- Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) sabiex tirrevoka l-liċenzja tal-Bank Pilatus. Xi ħaġa li semma li ilu jgħid mill-2017.
Huwa nsista li sar dannu rriparabbli lir-reputazzjoni ta’ Malta, li jisħaq li hu tort tal-MFSA u stituzzjonijiet oħra li ħallew lill-bank jopera f’Malta  għax jgħid li jew huma nkompetenti jew kompliċi fl-atti tal-bank.
Fi stqarrija, Casa saħaq li huwa ċar li l-bank kien qed jiġi protett minn kull skrutinju minħabba r-relazzjoni bejn is-sid u ċ-ċermen tal-Bank Pilatus , Ali Sadr Hasheminejad u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri.

https://platform.twitter.com/widgets.js

Il-PD jgħid li l-bank qatt ma messu ngħata l-liċenzja
Id-Deputat mexxej tal-Partit Demokratiku, Timothy Alden, saħaq li issa aktar minn qatt qabel wieħed ma jistax jiċħad li l-Bank Pilatus qatt ma kellu jingħata linċenzja bankarja.
Sostna li wara dan l-arrest, hemm bżonn li ssir investigazzjoni indipendenti u sħiħa dwar il-bank, b’kollaborazzjoni bejn il-partiti politiċi Maltin kollha u l-FBI.
Il-membru parlamentari tal-Partit Demokratiku, Godfrey Farrugia qal li l-MFSA hemm bżonn li taħdem b’mod immedjat sabiex jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-kredibilità ta’ Malta tibqa’ b’saħħitha.
Farrugia nsista li l-MFSA, bħala awtorità indipendenti għandha l-poter li taġixxi anke fuq arresti internazzjonali, kif ukoll spezzjonijiet unilaterali fuq is-siti li jistgħu iwasslu għas-sospensjoni ta’ liċenzji.
Saħaq li l-Partit tal-oranġjo huwa nkwetat dwar il-fatt li din il-ħaġa ma saritx mill-MFSA fiż-żmien li fiha ħarġet il-liċenzja tal-bank.
Bosta ħallew il-messaġġi tagħhom fuq Twitter
Il-kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat m’għandux ikompli jaħsel idejħ minn din is-sitwazzjoni.

https://platform.twitter.com/widgets.js

L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, li kien qed imexxi l-propoganda dwar l-attivitajiet tal-Bank Pilatus fi żmien l-elezzjoni ġenerali tas-sena l-oħra qal li rebħet il-ġustizzja.

https://platform.twitter.com/widgets.js

Il-membru parlamentari Nazzjonalista, Jason Azzopardi saħaq li llejla il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna se jkollu jwieġeb għalfejn il-Bank Pilatus kien ingħata ċertifikazzjoni kompletament pożittiva fl-2016.

https://platform.twitter.com/widgets.js

L-Ewroparlamentari Nazzjonalista, Roberta Metsola staqsiet jekk il-Prim Ministru, iċ-Chief of Staff u l-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi jafux dwar dan l-arrest.

https://platform.twitter.com/widgets.js

Fi stqarrija separata qalet li l-mistoqsija tibqa' kif dan il-bniedem tħalla jimmanuvra l-impunità f'Malta sa minn meta ingħata l-liċenzja sabiex jopera l-bank.
Hi saħqet li l-Kummissarju tal-Pulizija, Laurence Cutajar, flok għamel minn kollox biex jagħlaq il-Bank Pilatus sabiex jissalvagwardja kull evidenza li jista' jkun hemm, iddeċieda li jerġa' jibqa' sieket.
Iben il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia, Paul Caruana Galizia wkoll ħalla l-kumment tiegħu.

https://platform.twitter.com/widgets.js

L-Ewroparlamentari Nazzjonalista Francis Zammit Dimech semma s-sentenzi li jingħataw lil min jinstab ħati bit-tip ta’ akkużi li qed jinġiebu kontra s-sid tal-bank.

https://platform.twitter.com/widgets.js

Fi stqarrija separata, Zammit Dimech spjega li huwa ironiku li ċ-Ċermen tal-Bank Pilatus, li pprova jieħu atti legali fil-konfront ta' midja Maltija fl-Amerka, issa spiċċa arrestat fl-Amerka stess.
Qal ukoll li bħala salvagwardja għas-settur, kif ukoll il-ħaddiema kollha tiegħu, hemm bżonn tiġi revokata l-liċenzja tal-bank.
Filwaqt li l-MEP Ana Gomez saħqet li kellu raġun il-Parlament Ewropew jistaqsi dwar ir-rispett lejn il-liġijiet ta’ Malta (saltna tad-dritt).