X’qed jgħidu fuq il-qtil ta’ Manduca?

Ħbieb u Għedewwa jkompli llum bit-12-il episodju mis-sitt u l-aħħar staġun.

Fl-episodju tal-lum naraw Elizabeth x’se tgħidlu lil Frank dwar dak li kienet saret taf dwar ommhom.

Fil-ħabs kulħadd qiegħed jitkellem dwar il-qtil ta’ Manduca. X’inhuma jgħidu? X’beħsiebu jagħmel il-Pinzell?

Fl-episodju tal-lum se naraw x’fiha l-iittra ndirizzata lil Carmen. Min kien kitibilha?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind. Jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuuq Melita More, Channel 315.