X’qed jgħidu dwar Delia u Busuttil?

Wara li ġie kkonfermat li l-Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil mhux se jkun qed jiġi sospiż mill-grupp parlamentari tal-PN, diversi politiċi kkumentaw dwar dak li ġara.

Ilbieraħ il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ddikjara li m’hemm ebda ħsieb li tinbeda xi proċedura interna fil-konfront tal-Eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil fil-kuntest tal-pubblikazzjoni tar-Rapport tal-Inkjesta Egrant.

Wara li ġew ippubblikati l-konklużjonijiet tar-rapport tal-inkjesta maġisterjali dwar il-kumpanija fil-Panama Egrant,  Adrian Delia qal li ssospenda lill-eks Kap tal-PN Simon Busuttil mill-kariga tiegħu bħala Shadow Minister ta’ Governanza Tajba, liema kariga se jkun qed jokkupa Delia nnifsu.

Delia kien talbu wkoll biex jirriżenja mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Simon Busuttil qal lil Delia li ma jara l-ebda raġuni għaliex għandu jirriżenja. Fi kliem Busuttil, Delia ħa din id-deċiżjoni mingħajr ma qara r-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant, li minnu ġew ippubblikati biss il-konklużjonijiet prinċipali.

Wara li ħarġet il-konferma li Busuttil ma kienx se jiġi sospiż, il-Membru Parlamentari Laburista Rosianne Cutajar qalet li dan kien “il-U-Turn tas-sena”.

Il-Membru tal-Parlament Ewropew Francis Zammit Dimech qal li l-PN se jkompli jimxi b’vuċi waħda.

Riżolta s-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista. Flimkien ħa nkomplu nimxu 'l quddiem b'vuċi waħda ħalli nkunu…

Posted by Francis Zammit Dimech on Monday, July 30, 2018

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li fi żmien sena, Delia se jkun qed jiddispjaċih talli ħa din id-deċiżjoni. Huwa qal li jinsab fiċ-ċert li Delia qed jgħamel l-għalmu tiegħu.

Fuq Facebook, l-eks kunsillier tal-PN David Thake qal li imbilli Delia rrealizza li għamel żball ma jfissirx li għandu jibda jimxi warajh.

I'm sorry, but how does you realising that your dufus moment went wrong become the moment I should walk behind your leadership?

Posted by David Thake on Tuesday, July 31, 2018

Il-MP Laburista Edward Zammit Lewis qal li Malta teħtieġ Oppożizzjoni kredibbli. Qal li issa hemm żewġ mexxeja tal-Oppożizzjoni.

Il-MP Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li rebħu s-sens komun, l-irġulija, u l-għaqal.

Il-preżentatur fuq l-istazzjon ONE, Karl Stagno-Navarra qal li Busuttil reġa’ ġie elett bħala l-Kap tal-PN.

Il-Koordinatur Politiku tal-PN Jean Pierre Debono qal li l-PN huwa magħqud taħt Kap wieħed.

Partit Nazzjonalista wieħed magħqud taħt Kap wieħed… Dan hu l-futur tal-Partit tagħna b'risq il-poplu Malti u Għawdxi u b'risq pajjiżna.

Posted by Jean Pierre Debono on Monday, July 30, 2018

Il-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Alex Saliba qal li Delia qed juża’ lil Egrant bħala l-mod ġdid.

Il-MP Nazzjonalista Mario de Marco kiteb il-hastag fuq Facebook #strongertogether mehmuża ma’ arma tal-PN.

#strongertogether Partit Nazzjonalista

Posted by Mario de Marco on Monday, July 30, 2018