​X’qed isir fil-Magħluq f’Wied il-Għajn?

Qed jissokta x-xogħol fiż-żona tal-Magħluq f’Wied il-Għajn.
F’laqgħa llum bejn il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera, il-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn, u rappreżentanti tal-ERA u l-PARKS ġew diskussi d-dettalji tal-fażijiet tax-xogħlijiet.
Din il-ġimgħa qed jitlesta tindif fl-għadira u xogħol fuq il-ħitan tas-sejjieħ.
Wara se jiġu introdotti gaġeġ biex jitkattru u jikbru l-bużaqq, li hi ħuta nazzjonali, filwaqt li se jitwaħħlu kameras tas-sigurtà għal aktar protezzjoni tas-sit.
S’issa ġew implimentati miżuri importanti:

  • tibdil tal-fencing u xatbiet eżistenti,
  • rijabilitazzjoni tal-passaġġi u tneħħija tas-siġar aljeni,
  • ittieħdu miżuri ta’ pest control,
  • saru arranġamenti biex kull ġimgħa jsir tindif tal-madwar