X’qed ibassru l-irwiegel għas-sena 2020?

Il-bassara indipendenti tat-temp ippubblikaw il-lista ta kif mistenni jkun it-temp għas-sena 2020 skont l-irwiegel.

Il-paġna it-Temp Madwarna fuq Facebook spjegat li l-lista li ppubblikat inkitbet bejn it-13 u l-24 ta’ Diċembru tal-2019 u kull xahar huwa maqsum f’erbgħa. Il-paġna spjegat li l-lista li qed tippubblika qed issir biex turi kif l-irwiegel kienu jbassru t-temp. L-amministrazzjoni tal-paġna qalet li fl-opinjoni tagħha, dawn ma fihom l-ebda bażi jew rilevanza f’valur xjentifiku f’dak li għandu x’jaqsam mat-tbassir tat-temp. Spjegat li kull riżultat jiġi b’kumbinazzjoni b’ċans ta’ 50% li jkun korrett.

Il-paġna rrimarkat li jekk wieħed iħares lejn l-ewwel ġimgħa ta’ Jannar 2020, l-irwiegel diġà marru żmerċ.

F’Jannar 2020

  • 1/4 Xita
  • 2/4 Bnazzi
  • 3/4 Xita/Riħ
  • 4/4 Ħafna Riħ

Fi Frar 2020

  • 1/4 Ħafna Riħ
  • 2/4 Riefnu
  • 3/4 Riefnu
  • 4/4 Ħafna Riħ

F’Marzu 2020

  • 1/4 Bnazzi
  • 2/4 Bnazzi
  • 3/4 Bnazzi
  • 4/4 Bnazzi

F’April 2020

  • 1/4 Ħafna Nida
  • 2/4 Bnazzi
  • 3/4 Ftit Riħ
  • 4/4 Bnazzi

F’Mejju 2020

  • 1/4 Bnazzi
  • 2/4 Imsaħħab
  • 3/4 Imsaħħab/Irxiex
  • 4/4 Bnazzi

F’Ġunju 2020

  • 1/4 Bnazzi
  • 2/4 Riħ
  • 3/4 Riħ/Imsaħħab
  • 4/4 Riħ Qawwi

F’Lulju 2020

  • 1/4 Bnazzi
  • 2/4 Bnazzi
  • 3/4 Imċajpar
  • 4/4 Bnazzi

F’Awwissu 2020

  • 1/4 Bnazzi
  • 2/4 Bnazzi
  • 3/4 Bnazzi
  • 4/4 Bnazzi

F’Settembru 2020

  • 1/4 Bnazzi
  • 2/4 Imsaħħab
  • 3/4 Imsaħħab
  • 4/4 Bnazzi

F’Ottubru 2020

  • 1/4 Bnazzi
  • 2/4 Riħ
  • 3/4 Xita
  • 4/4 Riħ Qawwi

F’Novembru 2020

  • 1/4 Xita
  • 2/4 Riħ Qawwi
  • 3/4 Riħ Qawwi
  • 4/4 Riħ

F’Diċembru 2020

  • 1/4 Riħ
  • 2/4 Bnazzi
  • 3/4 Bnazzi
  • 4/4 Bnazzi