X’qalu l-Papa u l-Arċisqof fil-lift?

© Servizio Fotografico - Vatican Media

L-Arċisqof Charles Scicluna bħalissa jinsab Ruma għas-Sinodu tal-Isqfijiet li din is-sena huwa dwar iż-żgħażagħ.

© Servizio Fotografico – Vatican Media

Il-midja tal-Vatikan ippubblikat ritratt mhux tas-soltu, li juri lill-Papa Franġisku u lill-Arċisqof Scicluna fl-istess lift.

Mhux magħruf jekk kinux fl-istess lift kumbinazzjoni jew inkella ħadu l-lift flimkien qabel jew wara xi laqgħa, biex il-Papa jgħid kelma lill-Arċisqof.

Il-Papa Franġisku fada lil Mons. Scicluna b’diversi missjonijiet importanti. Din is-sena l-Arċisqof intbagħat iċ-Ċilì biex jinvestiga l-abbuż sesswali mill-kleru, fost l-oħrajn mill-Isqof ta’ Osorno Juan de la Cruz Barros Madrid.  

Nhar it-Tlieta li għadda, Mons. Scicluna wieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti f’konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mas-Sinodu li għaddej bħalissa.