Xow tal-Pro Wrestling Malta f’Raħal Ġdid

PROwrestling Malta

Pro Wrestling Malta – l-iskola tar-wrestling professjonali f’Malta, se jtella’ xow tar-wrestling bl-isem United We Stand Divided We Fall.
Fix-xow se jieħdu sehem u jikkompetu Gianni Valletta, Joseph Connors, La Famiglia, Red Scorpion, Leon, Glamorous Roddy, Nico Narciso u Jack Quinn.
Il-grupp iħarreġ lil dawk li huma interessati fir-wrestling u jtella’ tliet xows fis-sena fejn għal dawn l-avvenimenti jkunu mistiedna wrestlers barranin.
Ix-xow se jsir nhar id-9 ta’ Ġunju fil-Palace Theatre, Raħal Ġdid.
Aktar dettalji jistgħu jinkisbu mill-paġna ta’ Pro Wrestling Malta.