Xorta kellu jħallas lura għall-mini-moto li biegħ u ma ħadimx

It-tribunal tal-konsumatur ħareġ avviż biex javża lill-pubbliku li l-ħanut NG Racing ġewwa Ħaż-Żebbuġ ma onorax id-deċiżjoni tat-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumaturi.

Il-konsumatriċi xtrat mini-moto minn dan il-ħanut u rriżulta li kien bil-ħsara, dan kellu jissewwa għal diversi drabi. Fir-risposta tiegħu rappreżentant tal-ħanut qal li kien tort tal-konsumatriċi għax it-tifel ġera ħafna bil-mini-moto u għamillu l-ħsara.

Fid-deċiżjoni tiegħu t-Tribunal qal li l-prodott kien bil-ħsara minn meta nxtara. Il-ħanut ġie ordnat iħallas €350 u l-mini-moto għandu jsir propjetà ta’ sid il-ħanut malli jsir il-ħlas.