L-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati qalet li l-istat li kienu fih il-klieb li ttieħdu minn ġo residenza fiż-Żejtun kien wieħed xokkanti. Il-klieb ittieħdu għax kienu qed jinżammu fi stat ħażin.
Uħud minn dawn il-klieb spiċċaw fis-santwarju tal-assoċjazzjoni. Hija qalet li l-klieb kienu fi stat orribbli.
Id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali ħa l-klieb tar-razza King Charles, Shi Tsu u Chow Chow din il-ġimgħa wara li saru diveri rapporti mill-ġirien fi Triq Tony Zahra.
Wieħed mill-klieb se jissemma Ollie. Huwa kompletament għami, għandu għajn waħda infettata u oħra nfaqgħetlu. Il-veterinarju għandu jiddeċiedi jekk iridx ineħħilu għajnejh. Huwa jbati biex jiekol ukoll.
L-assoċjazzjoni qalet li m’għandhiex kliem għall-kriminali li jwettqu l-abbuż tal-annimali biex jiggwadanjaw xi flus.
Hija appellat lill-pubbliku biex jgħinha billi jagħtiha l-flus biex tkun tista’ tieħu ħsieb lil dawn il-klieb.