Xokk kbir għall-mewt ta’ Nicklau Attard

Bosta jinsabu xxukkjati bil-mewt ta’ żagħżugħ Malti, Niklau Attard, li għall-aħħar snin kien qed jgħix f’Berlin fil-Ġermanja.

Nicklau Attard kellu biss 22 sena u kien magħruf fl-industrija tal-moda, tant li anke ħareġ xi ħwejjeġ li kien iddisinja hu permezz tal-isem N02Authority. Fuq Facebook, dawk li kienu jafuh iddeskrivewh bħala żagħżugħ mimli ġmiel, enerġija u mħabba.

Words can't explain what we lost , only you could get me on certain things , We had that thing ❤You'll always be like a…

Posted by Claudia Agius on Thursday, April 25, 2019

Ħabib tiegħu sostna li meta sar jaf bl-aħbar ilbieraħ filgħaxija, ma setax jieqaf jibki. Sostna li Nicklau kien persuna avventuruża u kien iħobb jidħak. Sostna li kien jitkellem miegħu numru ta’ drabi fuq l-ansjetà u kemm din tista’ tħallik fi stat ta’ paraliżi. Sostna li matul iż-żmien dejjem ippruvaw jgħinu lil xulxin u jżommu lil xulxin aktar kuntenti.

https://www.facebook.com/photo.php?fbid=10157174480904771&set=a.10150158320859771&type=3&theater