Xokk fuq Amazon: Għall-bejgħ kostumi ta’ immigranti għall-Karnival

Jidher li l-Karnival jinsab wara l-bieb għaliex onlajn tibda toħroġ il-kreattività ta’ ħafna, li xi drabi ma tinżilx tajjeb ma’ kulħadd. 
Hekk ġara għal kumpanija Ingliża li fuq Amazon bdiet tbigħ kostumi ta’ immigranti għat-tfal.  
Il-kostumi, kemm għas-subien u anke għall-bniet, ma niżlux ħafna ma' bosta nies li lmentaw ma’ Amazon fuq din iċ-ċajta goffa. 
Il-kostumi, li jiswew kważi €20, huma ispirati mill-immigranti ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinjija: qmis, beritta, sidrija u qalziet kemxejn kbir għas-subien, u libsa twila u ftit kbira għall-kostum tal-bniet. 
Biex il-kostum ikun komplut, qed tinbiegħ ukoll bagalja żgħira, bħal dik li l-immigranti kienu jitfgħu fiha l-ftit ħwejjeġ tagħhom u mill-belt jaħarbu għal ġol-kampanja. 
Il-persuna responsabbli mill-qasam tal-immigrazzjoni fi ħdan Caritas Italja, Oliviero Forti, qal li dan il-kostum ħareġ f’mument storiku u delikat fl-istorja tal-bniedem.  “Hu tal-mistħija u ta’ min jikkundannah,” sostna Forti mar-rivista Taljana Famiglia Cristiana
“Il-kumpanija li ħarġet bl-idea tal-kostum tista’ tinvesti flusha billi tixtri xi ħaġa tal-ġwejjeġ lil xi tifel li bħalissa jinsab f’nofs baħar,” temm jgħid Oliviero Forti.