Xokk f’Cologne għal attakki sesswali minn massa

Hemm xokk fil-Ġermanja għal dawk li jidhru attakki sesswali organizzati li seħħew fil-lejl tal-ewwel tas-sena.
Is-sindku ta’ Cologne qed ilaqqa’ lill-awtoritajiet b’mod urġenti wara li kien hemm mat-80 rapport ta’ abbuż sesswali, fosthom mill-inqas każ wieħed ta’ stupru.
Il-madwar 1,000 raġel involut, li waslu flimkien fl-inħawi tal-katidral ta’ Cologne, kienu ta’ dehra Għarbija jew mill-Afrika ta’ Fuq.