“Xogħolna huwa li niksbu riżultat” – Theresa May

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qed tiddiskuti spunti differenti mill-ftehim dwar Brexit sabiex flimkien jiddiskutu kif se jimxu ‘l quddiem bi ftehim li jaqblu miegħu maġġoranza.

May sostniet li l-Ingilterra hemm bżonn li tasal għal ftehim mal-Unjoni Ewropea u ma tistax tasal sabiex toħroġ mingħajr ftehim. Madanakollu, biex tagħmel dan għandha bżonn is-sapport tal-House of Commons.

Il-Prim Ministru Ingliża rrikonoxxiet li m’hemmx maġġoranza fil-House of Commons sabiex isir referendum ieħor, u jekk dan ikollu jsir se jkollu impatt negattiv fuq id-demokrazija tal-pajjiż. Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Laburista Jeremy Corbyn qal li May hemm bżonn taċċetta r-realtà u tneħħi kull spunt li joħloq l-inqas dubju. Insista li l-ftehim li hemm bħalissa mhux tajjeb.

Filwaqt li May qalet li hi lesta li tkun flessibbli dwar il-ftehim, Corbyn sostna li hi ma wrietx flessibiltà u li ma nbidel xejn.