Xogħol tal-arti mis-seklu 17 restawrat mill-AX Group

PrevArti

AX Group sponsorizza r-restawr ta’ żewġ pitturi mis-Seklu 17 li juru l-ewwel żewġ sidien ta’ Casa Rosselli Massa fi Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta.

Il-proprjetà  ġiet konvertita mill-grupp bħala lukanda ta’ 5-stilel li ngħatat l-isem tas-sidien oriġinali — Rosselli. Pietro Rosselli kien kummerċjant magħruf ħafna u arġentier ta’ fama tajba.

PrevArti

Flimkien ma’ martu kienu magħrufa bħala filantropisti kbar u jingħad li kienu ħallsu għall-bini u t-tiżjin tal-Oratorju ta’ Sant’Elena għall-arġentiera u għat-tisbiħ ukoll tal-Kappella tal-Konfraternità fil-knisja ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt.

Il-koppja sebbħu wkoll il-Kappella San Pietru ad Vinculis, il-knisja tal-Ġiżwiti fi Triq Merkanti. Hawnhekk kienu taw damask għall-ħitan, lampi tal-fidda u kwadri biż-żejt ta’ Mattia Preti. Il-fatt biss li l-koppja setgħet tikkummissjona lil Mattia Preti, li kien il-pittur għall-Gran Mastri, jikkonferma l-ġid tal-familja u kemm kienu stmati.

PrevArti

Pietro Rosselli kien ġentlom li ma kienx iqis lilu nnifsu iżda madankollu kien kburi bl-assoċjazzjoni li kellu mal-Ordni ta’ San Ġwann. Fil-fatt, fil-pitturi restawrati, huwa jidher liebes il-Mezza Croce (Nofs Salib) li turi li kien ingħata l-Unur tal-Ordni ta’ San Ġwann. Dan l-unur kien wieħed distint ħafna li kien jingħata lil ftit nies biss u rari lil xi Malti.

“Aħna ridna nuri l-apprezzament tagħna għall-Istorja tal-bini ta’ 167 Triq Merkanti li kien magħruf bħala Casa Rosselli Massa u lis-sidien tiegħu. Għalhekk iddeċidejna li nirrestawrar liż-żewġ pitturi tal-koppja li jeżistu li kienu jappartjenu lill Konfraternità ta’ Sidtna tal-Karità li kienu mdendla fl-Oratorju tal-Konfraternità fil-knisja ta’ San Pawl,” qal Angelo Xuereb, ic-Chairman tal-AX Group.