Xogħol ta’ tisbiħ f’residenza għal vittmi tad-droga

Fil-faċilità ta’ Santa Marija f’Ħal Farruġ sarilha xogħol ta’ tisbiħ u mmodernizzar biex tkun tista’ joffri programmi ta’ riabilitazzjoni lill-vittmi tad-droga b’mod aħjar. Din id-dar se tkun qed toffri s-servizzi tagħha lil 18-il persuna.

Il-programm ta’ riabilitazzjoni li hu offrut huwa intensiv. Fost l-affarijiet li huma offruti, persuni li jfittxu li jieqfu milli jabbużaw mid-droga jistgħu jerġgħu jiskopru lilhom infushom u jitgħallmu jgħixu mingħajr ma jużaw id-droga filwaqt li jerġgħu jintegraw fis-soċjetà.

Waqt żjara li għamel il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon, appella biex wieħed ikun prudenti fi żmien ta’ festi u ma jabbużax mill-alkoħol u d-droga.