​Xogħol ta’ tisbieħ fuq bini ta’ ekslukanda f’Buġibba

L-Awtorità tal-Ippjanar ilbieraħ bdiet ix-xogħol fuq il-bini tal-ekslukanda International f’Buġibba, li tħalla fi stat ta’ abbandun.
Fi stqarrija l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li l-bini kien sar ta’ inkonvenjent għall-ġirien.
L-intervent tal-Awtorità se jkun qed jindirizza d-dehra tal-bini biex ma jkollhiex impatt negattiv fuq iż-żona turistika.
Ix-xogħol jinkludi l-għeluq tal-aperturi u tibjid tal-faċċata.  Bħalma jiġri f’każi oħra ta’ infurzar mill-Awtorità, l-ispejjeż tax-xogħlijiet se jsiru bi spejjeż għas-sid tal-bini.
Ritratti: PA