Xogħol ta’ restawr fuq il-vara titulari tal-Immakulata Kunċizzjoni

Ix-xogħol ta’ restawr li qed isir fuq il-vara titulari tal-Immakulata Kunċizzjoni se jkollu l-attenzjoni fuqu waqt l-Open Weekend organizzat mill-Kolleġġjata Marija Immakulata ta’ Bormla nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej.

Permezz ta’ dan ir-restawr, li qed isir mill-kumpanija Atelier del Restauro, qed isir xogħol fuq il-karnaġġjon tal-istatwa biex kemm jista’ jkun joħroġ dak oriġinali, kif sar mill-iskultur Bormliż Abram Gatt lura fl-1905. Minbarra dan, sar xogħol ta’ tindif ukoll fuq il-fidda tal-libsa u tal-pedestall tal-istess vara titulari.

Qiegħed isir ukoll xogħol fl-arloġġ tal-istess knisja waqt li dan jinsab għaddej minn restawr estensiv, li issa wasal fil-fażi finali tiegħu. Se jkun hemm preżentazzjoni viżiva ta’ kif ġej id-dawl ta’ mal-faċċata tal-Knisja li, wara r-restawr li sar fuqha se jkun qed isir mill-ġdid.

L-Open Weekend se jkun f’dawn il-ħinijiet:

  • is-Sibt, 4 ta’ Awwissu, mill-5.15pm sas-6pm. u mis-6.30pm sat-8.30pm
  • il-Ħadd, 5 ta’ Awwissu mit-8.30am sad-9.15am, mill-10.45am sa 45am, mill-12.15pm sas-1.30pm u mill-5.30pm sas-7.30pm

Barra minn hekk, nhar is-Sibt wara l-quddiesa tas-6pm u l-Ħadd wara l-quddiesa tad-9.15am, se tingħata wkoll spjegazzjoni dwar ix-xogħol ta’ restawr tal-arloġġ tal-Knisja minn Stephen Zammit.