Xogħol illegali: Jinqabdu 5 barranin għal kull Malti

Id-dinja tax-xogħol f’Malta nqalbet ta’ taħt fuq f’dawn l-aħħar seba’ snin. It-trasformazzjoni kienet tali li x-xogħol illegali m’għadux isir mill-Maltin iżda mill-barranin.

Ċifri ta’ Jobplus ippubblikati fil-Parlament juru kif fl-2013 għal kull tliet Maltin li nqabdu jaħdmu illegalment kien hemm barrani wieħed. Madanakollu, fl-2020 għal kull Malti kien hemm ħames barranin jaħdmu illegalment.

In-numru ta’ ħaddiema li nqabdu jaħdmu illegalment tul dawn is-seba’ snin baqa’ fuq l-istess livelli – madwar 2,400 persuna fis-sena, l-akbar każijiet ikunu fl-2016 meta kien hemm 3,550 każ. Il-persuni li fl-aħħar snin inqabdu jaħdmu illegalment huma skont din it-tabella:

SenaPerjoduMaltinBarranin
2013Jannar – Diċembru1,811611
2014Jannar – Diċembru1,754734
2015Jannar – Diċembru1,3891,342
2016Jannar – Diċembru1,6001,957
2017Jannar – Diċembru1,0101,422
2018Jannar – Diċembru1,1122,292
2019Jannar – Diċembru7461,731
2020Jannar- Mejju3011,609

L-ispezzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol isiru mill-ispettorat tal-Jobsplus. Waqt l-ispezzjonijiet instabu diversi infringements li jinkludu impjegati li ma jkunux reġistrati, impjegati li jkunu qegħdin fl-impjieg mingħajr liċenzja, impjegati li jkunu minorenni u anke impjegati li jkunu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol.

Il-Jobsplus tieħu azzjoni kontra min iħaddem u min jaħdem waqt li tressaq il-każ fil-Qorti kif indikat f’din it-tabella:

SenaNumru ta’ Każijiet Imressqa
2013462
2014564
2015336
2016605
2017503
2018334
2019389
2020128

Apparti dawn il-każijiet tal-Qorti, Jobplus ħarġet numru ta’ multi amministrattivi li ġew imħallsa kif ġej:

SenaNumru ta’ multi amministrattivi riżolti
2013179
2014183
2015197
2016509
2017307
2018261
2019210
2020641

Dan it-tagħrif ingħata mill-Ministru għax-Xogħol Owen Bonnici fuq mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.