Xogħol għall-istudenti: €75 fil-ġimgħa bi skema tal-Gvern

Tnediet it-tieni edizzjoni tal-Work Trial Scheme for Youths f’Għawdex.
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana tat id-dettalji ta’ din l-iskema u spjegat kif jistgħu jibbenefikaw minnha studenti ta’ bejn is-16 u l-20 sena u dawk li jattendu korsijiet f’bosta entitajiet akkademiċi.
Kompliet tgħid li dawn se jkollhom qligħ ta’ €75 fil-ġimgħa, permezz ta’ ħidma fis-settur privat u ma’ għaqdiet volontarji.
Ritratt: MGOZ