Xogħol ewlieni ta’ Orlande de Lassus imtella’ għad-dilettanti

Il-kor tal-irġiel Cappella Sanctae Catharinae mill-knisja tal-Agostinjani tar-Rabat se jtellgħu Missa pro Defunctis, ix-xogħol ewlieni ta’ Orlande de Lassus, waqt kunċert li se jkun fih ukoll xogħlijiet mużikali oħra mis-Seklu 16.
Il-Missa pro Defunctis, mużika li titkanta waqt il-quddisiet funebri, kienet inkitbet fl-1578 biex titkanta b’4 vuċijiet, u hija waħda mill-aħħar tat-tip tagħha li teħtieġ sfond ta’ qabel it-tridentiku waqt il-quddies.
Dan il-kunċertb qed jittella’ bil-għan li jinġabru fondi sabiex jiġi rrestawrat grupp ta’ statwi indurati tal-Appostli li jmorru lura għas-Seklu 19. Dawn l-istatwi huma xogħol l-artist Malti famuż Carlo Darmanin.
Il-kunċert se jsir għada fil-Knisja tal-Agostinjani r-Rabat, u jibda fis-7.30pm.
Id-dħul huwa b’xejn, iżda jintlaqgħu donazzjonijiet.