Xogħol artist Għawdxi jasal fl-Ewropa

Christopher Saliba kien wieħed mill-erba’ artisti Għawdxin li f’Marzu li għadda ġie mistieden mill-Ewroparalmentari Malti, Alfred Sant, biex jesebixxi x-xogħlijiet artistiċi dwar ir-realtajiet u l-aspirazzjonijiet Għawdxin fil-Parlament Ewropew.

Alfred Sant qal li l-artisti Għawdxin jistħoqqilhom inkoraġġiment biex jesebixxu xogħolhom fl-Ewropa. Dan qalu waqt li żar ix-xogħlijiet artistiċi ta’ Saliba fil-Gallarija tal-Arti Art Cube fix-Xewkija, Għawdex.

Saliba qal li x-xogħol artistiku tiegħu huwa xhieda li Għawdex kien u għadu jesprimi l-ħtieġa li jibża’ għall-identità u l-wirt tiegħu.