Xogħlijiet ta’ restawr taċ-Ċittadella spjegati lil studenti

Ix-xogħlijiet ta’ restawr li għaddejjin bħalissa fiċ-Ċittadella ġew spjegati lill-istudenti Għawdxin f’sessjoni ta’ “Gvern li Jisma’” f’Għawdex.
Il-proġett hu ko-finanzjat mill-UE u hu stmat li se jiswa madwar €14-il miljun.
Għas-sessjoni, li għaliha attenda l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, uffiċjali tal-Ministeru spjegaw lill-istudenti kif instabu sejbiet arkeoloġiċi importanti, li issa se jiġu ppreservati biex iservu bħala attrazzjonijiet addizzjonali fiċ-Ċittadella.
Il-Ministru għal Għawdex iddeskriva l-proġett taċ-Ċittadella bħala wieħed li minnu se jgawdi Għawdex kollu għax dan is-sit jiġbed lejh eluf ta’ turisti kuljum. 
Ritratt: MGOZ – George Scerri