Xogħlijiet fuq il-promenade f’San Pawl il-Baħar

Il-promenade ta’ San Pawl il-Baħar ingħata wiċċ ġdid wara li partijiet minnu kellu xi ħsarat.
Il-pavimentar tal-promenade, li ddur mat-Torri ta’ Wignacourt kien beda jittiekel minħabba l-elementi tat-temp u tal-baħar.
L-Aworità Maltija għat-Turiżmu (MTA) qalet li l-promenade kien ingħata wiċċ ġdid seba’ snin ilu.
Spjegat li bix-xogħol li sar mat-800 metru tal-promenade jinsab fi stat tajjeb mill-ġdid.
Żiedet tgħid li sfida partikolari kienet minħabba li l-materjal li kien intuża fil-bidu nbidel fl-għamla tiegħu u kellu jinstab materjal simili ħafna.
Temmet tgħid li aktar ’il quddiem se toħroġ sejħa għall-offerti sabiex il-promenade tkompli tissebbaħ.