Xogħlijiet fuq 17-il triq f’Buġibba u l-Qawra mit-Tnejn li ġej

Ritratt – MTIP

Se jibdew xogħlijiet ta’ tiswija fuq 17-il triq oħra f’Buġibba u fil-Qawra. Il-Ministru Ian Borg spjega li bħalissa għaddej ukoll ix-xogħol fuq Triq it-Turisti, Triq il-Luzzu u Triq Għawdex.

Il-Ministru Borg semma kif min-nhar it-Tnejn li ġej Infrastructure Malta se ssewwi l-wiċċ ta’ dawn is-17-il triq sakemm jiġu skedati għall-bini mill-ġdid bħala parti mit-titjib nazzjonali tat-toroq li qed isir fuq seba’ snin b’investiment ta’ €700 miljun.

It-toroq jinkludu Triq Isourd, Triq Toni Bajada, Triq Ċensu Tanti, Triq iċ-Ċagħaq, Triq l-Ibħra, Triq il-Ġifen, Triq Sant’ Antnin, Triq il-Ħalel, Triq iċ-Ċern, Triq is-Sajjieda, Triq J. Quintinus, Triq Annetto Caruana, Triq il-Port Ruman, Triq il-Maskli, Triq l-Imħar, Dawret il-Gżejjer u Triq ir-Ramel.