Xogħlijiet fit-toroq relatati mal-proġett tal-Kappara

Transport Malta tavza li se jsiru xogħlijiet relatati mal-proġett tal-Kappara.
Mil-lum sa nhar l-Erbgħa li ġej, matul il-lejl, f’parti mit-Triq ix-Xatt tal-Pietà, it-traffiku li jkun ġej mill-Belt Valletta lejn l-Imsida se jiġi ddevjat lejn G’Mangia direzzjoni lejn l-Imsida. 
It-traffiku li jkun ġej milll-Gżira lejn il-Belt Valletta se jiġi ddevjat lejn Triq Clarence direzzjoni lejn il-Pietà.
Fl-istess ġranet, matul il-lejl biss fi Triq l-Imsida, il-Gżira, it-traffiku li jkun ġej mill-Gżira lejn tas-Sliema se jiġi ddevjat minn Rue d’Argens għal Triq Manoel Dimech direzzjoni lejn l-Imsida.
It-traffiku li jkun ġej mill-Gżira lejn Ta’ Xbiex se jiġi ddevjat minn triq temporanja minn Triq il-Kunsill tal-Ewropa Gżira.  
Transport Malta tħeġġeġ lis-sewwieq biex ikunu prudenti u tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.