Xogħlijiet fit-Telgħa t’Alla u Ommu sal-aħħar tax-xahar

Transport Malta qed tavża li se jsir xogħol ta’ manutenzjoni fis-sistemi tal-ilma tax-xita fit-telgħa t’Alla u Ommu.
Ix-xogħol se jibda għada fl-10 ta’ filgħodu u jintemm il-Ħadd 31 ta’ Jannar filgħaxija.
Sakemm isir ix-xogħol, it-telgħa se tkun magħluqa għat-traffiku filwaqt li r-residenti u s-sidien tal-għelieqi se jkollhom aċċess minn bejn il-junction ma’ Triq Santa Marija u Triq il-Kosta.
Transport Malta qed tavża lis-sewwieqa biex jużaw Triq il-Kosta, Triq Burmarrad u toroq oħra alternattivi.
L-Awtorità qed titlob ukoll lis-sewwieqa biex isegwu s-sinjali tat-traffiku u l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali filwaqt li tuża ruħha għal kull inkonvenjent.