​Xogħlijiet fi Triq l-Imsida l-Gżira mil-lejla

Transport Malta (TM) qalet li se jsiru xogħlijiet fi Triq l-Imsida l-Gżira mil-lejla.
Fi stqarrija, TM spjegat li se jitqaxxar il-wiċċ tat-triq eżistenti u jingħata asfalt ġdid.  Ix-xogħlijiet se jsiru bejn is-7pm u l-5am mil-lejla u huma mistenni li jkunu lesti sa tmiem din il-ġimgħa.
Skont TM, ix-xogħlijiet se jsiru f’fażijiet biex kemm jista’ jkun it-triq tibqa’ aċċessibbli għat-traffiku.

[googlemaps https://www.google.com/maps/d/u/1/embed?mid=1TvWyXj3yVGW_oGsLNIcj_NHPFVHXKPiP&w=640&h=480] 
Ritratt: Google Maps