Xogħlijiet Ċittadella: Permess għall-Qorti u mhux għall-Quddies fil-Katidral

Minħabba xogħlijiet infrastrutturali fuq it-triq li twassal għaċ-Ċittadella, il-funzjonijiet li jsiru fil-Katidral fil-jiem li ġejjin, se jsiru fl-istess ħinijiet fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Triq l-Arċipriet Saver Cassar fir-Rabat.
Dan minbarra dawk tal-Ħadd 15 ta’ Novembru.
Il-Ministeru għal Għawdex avża li mhux se jkun hemm aċċess għaċ-Ċittadella llejla u għada s-Sibt, kif ukoll it-Tnejn u t-Tlieta li ġej.
Aċċess ristrett se jkun permess għal persuni li jridu jużaw is-servizzi tal-Qorti.