Xnigħat persistenti li imminenti reshuffle ieħor tal-Kabinett

Xnighat persistenti qed jindikaw li b’mod imminenti tista’ titħabbar reshuffle ieħor fil-Kabinett tal-Ministri.
Ix-xniegħat qed jgħidu li:

  • Chris Fearne jinħatar Ministru għas-Saħħa.
  • Konrad Mizzi jibqa’ Ministru għall-Enerġija u jkun responsabbli wkoll mit-Trasport Pubbliku.
  • Manuel Mallia jerġa’ jinħatar Ministru u jkollu fost l-oħrajn ir-responsabbilità tal-Affarijiet Marittimi.
  • Joe Mizzi jkun responsabbli mill-Ambjent u l-Infrastruttura.
  • Leo Brincat jieħu post Louis Galea fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
  • Edward Zammit Lewis tiżdiedlu r-responsabbilità tal-Kultura.  

Sorsi qrib Kastilja li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li r-reshuffle jista’ jkun imminenti speċjalment hekk kif għada fis-6.30 ta’ filgħaxija se jiġi ppreżentat ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fil-Parlament u bil-pressjoni li l-Oppożizzjoni qed tagħmel biex Michael Falzon jitneħħa minn Segretarju Parlamentari.