X’miżuri se jittieħdu fl-MCAST minħabba l-COVID-19?

Bi tħejjija għall-ftuħ mill-ġdid tal-Kulleġġ, l-MCAST illum ippubblika l-protokoll għas-sigurtà tal-istudenti u l-istaff dwar fid-dawl tal-pandemija. Dawn il-linji gwida huma parti mill-pjan tal-Kulleġġ biex jilqa’ l-istudenti ġodda u dawk li se jkomplu bl-istudji tagħhom f’Ottubru.

L-MCAST qal li se jkun qed jipprovdi l-korsijiet ta’ edukazzjoni vokazzjonali permezz ta’ pjan dettaljat li jinkludi kemm tagħlim fil-Kulleġġ bid-distanza soċjali meħtieġa u kemm tagħlim onlajn.  It-tagħlim fil-klassijiet, fil-workshops u fil-laboratorji se jsiru b’konformità mal-gwida tas-sigurtà kif approvata mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Fost il-miżuri li l-MCAST se tkun qed timplimenta hemm li tinżamm distanza soċjali ta’ mill-inqas 1.5 metri u li fil-kurituri tintlibes maskra minn kull min jaħdem u jkun fil-Kulleġġ.

Fi stqarrija l-Kulleġġ qal li l-protokoll jagħti pariri ġenerali u appoġġ lill-istudenti u l-impjegati kollha, kif ukoll informazzjoni dwar distanza soċjali xierqa, protokolli tat-tindif u miżuri oħra bħall-ilbies tal-maskri u l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet tat-tagħlim. Il-pjan jinkludi wkoll gwida dwar kif jiġu aċċessati faċilitajiet u servizzi bħal-librerija u l-kantin.

Il-Prinċipal u Kap Eżekuttiv tal-MCAST, il-Prof Joachimg James Calleja qal li l-Kulleġġ qed jaħdem f’kollaborazzjoni kontinwa mal-awtoritajiet tas-saħħa u mal-MUT u sostna li l-isfida issa tinsab flimplimentazzjoni, u din se ssir b’ħidma mill-qrib mal-Union,” qal il-Prinċipal u Kap Eżekuttiv talMCAST, il-Professur Joachim James Calleja.

Il-linji gwida jistgħu jiġu aċċessati minn hawnhekk.